Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison sejjaħ elezzjoni għal nhar il-21 ta’ Mejju.
Il-gvern ta’ koalizzjoni li qed imexxi Morrison għandu 76 siġġu, jiġifieri l-minimu ta’ siġġijiet biex jiggverna.
L-opinjoni pubblika għal din l-elezzjoni tidher li qed tifavurixxi l-Partit Laburista mmexxi minn Anthony Albanese.
Madanakollu, fl-aħħar elezzjoni kull stħarriġ li sar ma kienx jindika riżultat favur Marrison, iżda minkejja dan, xorta waħda rebaħ l-elezzjoni.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Awstraljan tenna li l-għażla għall-elezzjoni li ġejja hija bejn futur b’saħħtu u wieħed inċert, għażla bejn gvern li jafu xi jfisser u oppożizzjoni li ma jafux.