Il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan wissa dwar attentat ta’ kolp ta’ stat militari, wara li l-forzi armati Armeni qalu li Pashinyan u l-membri tal-kabinett tiegħu għandhom jirriżenjaw.
Il-militar Armen huwa nkorlat lejn id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jkeċċi l-kap kmandant tal-armata.
Nikol Pashinyan affaċċja oppożizzjoni wara li tilef il-kunflitt imdemmi tas-sena l-oħra dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh kontra l-Ażerbajġan.