Titjira tal-linja tal-ajru Maleth-Aero kellha titħassar waqt li l-ajruplan li kien sejjer l-ajruport ta’ Faroe Islands kellu jerġa’ lura lejn l-ajruport ta’ Malta minħabba dawk li ġew imfissra bħala problemi tekniċi.One.com.mt jinsab informat li fuq l-ajruplan kien hemm il-plejers u l-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti li reġgħu niżlu fl-ajruport kwarta wara t-tluq tat-titjira minn Malta.Sorsi qalu li l-ajruplan għamel inżul b’mod normali u fl-ebda ħin ma kien hemm periklu għall-passiġġieri.
Issa jidher li l-plejers se jitilqu minn Malta għada għall-ħabta tal-10:00