Ir-regoli tal-FIFA huma ċari. Ebda plejer ma jista’ jilbes xi ħaġa li għandha sinjifikat politiku jew reliġjuż. Għalhekk il-plejers tat-tim nazzjonali Ingliż mhux se jitħallew jilbus l-poppy fil-logħba kontra l-Iskozja valida mill-kwalifikazzjoni li jmiss għat-Tazza tad-Dinja. Xi ħaġa li ġabet il-kundanna tal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.
“Naħseb hemm messaġġ ċar minn dan il-parlament li rridu l-plejers tagħna jilagħbu bil-poppy u rrid ngħid lill-FIFA li qabel jgħidulna x’nagħmlu, aħjar jirranġaw l-organizazzjoni tagħhom,” qalet Theresa May.
May żiedet: “Il-plejers tagħna jirrikonoxxu u jirrispettaw lil dawk li taw il-ħajja tagħhom għas-sigurtà tagħna. U għandhom kull dritt juru dan ir-rispett.”
Fl-2011 it-tim Ingliż kien ingħata l-permess jilbes il-faxxa sewda bil-poppy fuqha.