Il-plejer belġjan ta’ Bormla Subbuteo Club Bessim Golger rebaħ il-Kategorija Open hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Ludwisburg il-Ġermanja intlaghab l-FISTF Grand Prix.
Golger rebaħ 3-2 kontra Theo Modeste biex wasal sal-finali . Golger rebaħ fis- semi finali lil Bisio 5-1 biex fil-kwarti rebaħ lil Quencia 2-1. F’din il- kategorija Josef Camilleri wasal sal-aħħar 16.
Fil- Kategorija Veterani David Busch wasal sas- semi finali fejn tilef fil-ħin barrani mar rebbieħ Quatrini 0-1. Jason Pisani u John Zammit waslu sal-kwarti tal-finali fejn tilfu kontra Busch u Quatrini rispettivament .
Il-Ħadd Bormla SC waslu sas semi finali timijiet meta fil-fażi tal-gruppi rebħu tnejn min tliet logħbiet: 4-0 Hopfeinfeim, 4-0 Wamme u 1-2 mar-rebbieħa Issy les Moulineux biex fil-barrage rebħu lil Bologna 3-0 u fis semi finali tilfu ma’ Salernitana 0-2. It- tim kien kompost min Jason Pisani ,George Ebejer il-Belgjan Bessim Golger, l-awstrijak David Busch, John Zammit George Ebejer u Josef Camilleri
Bormla SC temmew l stagun 2023-2024 fl- ewwel post tar -ranking timijiet tal-FISTF. Dan it-turnament kien iffinanzjat mill-iskema tal-parteċipazzjoni internazzjonali ta’ Sportmalta .