Il-plejer tal-Malta International Table Tennis Club (MITTC) Kim Taehyun tilef il-finali tad-doubles tal-World Table Tennis Contender flimkien ma’ sieħbu Vincent Picard meta ġew megħluba mill-koppja Franċiża Alexis Kouraichi u Thibault Poret 3-2.
Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat li bdew jalternaw il-vantaġġ u b’Taehyun li lagħab logħba tajba ħafna. Fl-aħħar mill-aħħar il-Franċiżi kisbu l-punti li kellhom bżonn sabiex jirbħu dan it-turnew li sar fil-Peru.
Taehyun flimkien ma’ Picard waslu sal-finali meta fis-semifinali tad-doubles huma għelbu lill-koppja Franċiża Alexis Kouraichi u Thibault Poret 3-1.
Taehyun kien deċiżiv ukoll f’dan it-turnew speċjalment f’ċerti logħbiet kruċjali fejn irċieva t-tifħir mill-organizzaturi. Din hi wkoll l-ewwel darba li Malta spiċċat fil-podju internazzjonali speċjalment fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet.