Yau-Mun Law, il-plejer li ġimagħtejn ilu tah attakk tal-qalb waqt logħba futbol ħareġ mill-isptar.
F’messaġġ mill-klabb tal-futbol li Law jilgħab miegħu intqal li l-plejer ta’ 36 sena ingħaqad ma’ familtu.
“Awguri lil captain tat-tim ta’ Santa Venera Lightnings. Bi spirtu kumbattiv kemm fil-grawnd u anki barra”, sostna l-klabb li kien taħt xokk wara li l-plejer tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni waqfitlu qalbu waqt il-logħba kontra Kirkop United.
Intant spikkaw il-messaġġi ta’ inkoraġġiment u ta’ sodisfazzjon tan-nies li kkummentaw wara l-aħbar li ħareġ il-klabb tal-futbol.
Yau-Mun Law kien f’qagħda kritika meta ddaħħal l-isptar permezz ta’ ambulanza li ħaditu mill-grawnd Ċentinarju.