Tined li ntramaw illegalment minn tliet restoranti fi pjazza San Ġwann fil-Belt tneħħew wara ordni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-avviż ta’ infurzar ingħata lis-sidien tar-restoranti faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-bidu ta’ din is-sena u kienet imposta multa kuljum mhux biss minħabba t-tined iżda anki talli żiedu s-siġġijiet u l-imwejjed fi spazju mhux allokat għalihom.
L-Awtorità qalet li se tibqa’ tagħmel monitoraġġ biex tassigura li kulħadd jimxi mal-liġi.