Permezz ta’ delegazzjoni li tirrappreżentah il-Partit Laburista se jkun qed jieħu sehem fil-mixja ta’ solidarjetá li se ssir nhar is-Sibt wara l-inċident tal-kuntistabbli Simon Schembri.
Għalkemm instigata minn inċident li jġib kundanna u stmerrija din il-mixja għandha tkun ukoll okkażjoni unika biex il-poplu Malti juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li mijiet ta’ persuni fil-forzi tal-ordni jwettqu ta’ kuljum bil-għan li jgħinu u jipproteġu ċ-ċittadini Maltin.
Xi minn daqqiet dan anke b’sagrifiċju u periklu personali.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.