Il-Partit Laburista mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech, wisq inqas €200,000, kif tallega l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar suġġett li m’għandu ebda kredibbiltà jitkellem dwaru.
Fi stqarrija l-Partit Laburista żied ukoll li din in-nuqqas ta’ kredibbiltà tirriżulta minn dak żvelat mill-istess midja ta’ dak li llum hu strateġist tal-Partit Nazzjonalista, li tkellmet kemm-il darba dwar min mar jittallab il-flus mingħand l-istess persuni.
Filwaqt li fl-istqarrijiet tiegħu jgħid u jallega ħafna affarijiet oħra bla bażi, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għaliex il-Kap tiegħu offra maħfra lill-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għal darba, tnejn.
Għalhekk, fakkar il-Partit Laburista, jkun aħjar li Bernard Grech iwieġeb din id-domanda minflok jivvinta fuq ħaddieħor.