Il-Partit Laburista mhu qed jorganizza ebda attività llejla.
Kelliem għall-Partit Laburista sostna li l-Partit Laburista qed jappella u jħeġġeġ lil kulħadd biex ma jattendix attivitajiet li nħolqu minn individwi fuq facebook u mhumiex organizzati minnu.
Fl-aħħar jiem saru messaġġi kontinwi minn uffiċjali tal-Partit Laburista biex ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjonijiet u kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet tal-Partit Laburista. Ma qatgħu xejn lanqas l-appelli għall-kalma.
Saħansitra, il-Prim Ministru qal f’intervista fuq ONE Radio li se jkun qiegħed imur jiltaqa’ man-nies hu personalment u dawn il-laqgħat mistennija jibdew nhar il-Ħadd li ġej meta Joseph Muscat iżur numru ta’ lokalitajiet.