Il-Partit Laburista llejla fakkar il-41 sena mill-qtil ta’ Karin Grech b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni ta’ fjuri fuq il-monument tagħha f’San Ġwann. F’diskors kommemorattiv, id-Deputat Prim Ministu Chris Fearne qal li 41 sena ilu, il-poplu nħasad b’dan il-qtil politiku.
Qal li l-politika qiegħda hemm biex nagħmlu l-ġid, iżda sfortunament jeżistu ċirkostanzi fejn il-politika ġġib il-mibegħda bħal dan il-każ.
Id-Deputat Prim Ministru qal li dakinhar tal-qtil, il-Professur Edwin Grech kien qed jagħti servizz u ħallas bil-ħajja ta’ bintu. Sostna li l-vjolenza tweġġa’ imma ma tirbaħ qatt. Madankollu stqarr li fl-aħħar mill-aħħar, it-tajjeb jirbaħ fuq il-ħażin.
Għaċ-ċerimonja attendew ukoll bosta uffiċjali tal-Partit Laburista.