Illejla, il-Partit Laburista fakkar il-memorja ta’ Karin Grech, it-tifla li 39 sena ilu sfat vittma ta’ qtil politiku.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat appella lill-investigaturi ta’ dan il-każ biex ikomplu jgħafsu ħa ssir ġustizzja.
“M’hemmx lok għal tpattija, imma għatx għall-ġustizzja” saħaq il-Mexxej Laburista.
Joseph Muscat saħaq kif hu wkoll ta ġieħ lil Raymond Caruana ftit tal-ġimgħat ilu biex tinqata’ l-mentalità li dan il-pajjiż iħares lejn vittmi bit-twemmin politiku tagħhom.
Tkellmu ukoll il-Professur Edwin Grech, missier Karin, dwar ix-xewqa li ssir ġustizzja.
Iċ-ċerimonja ntemmgħet billi missier Karin, il-Prim Ministru, l-Ammistrazzjoni, Kunsilliera u ħbieb tal-familja ppreżentaw bukkett fjuri fuq il-mafkar ta’ Karin Grech.