Fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Godwin Grech, Kunsillier f’Ħaż-Żebbuġ.
Grech ġie elett bħala Kunsillier Laburista fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju li għadda u kien beda ħidma importanti fil-Kunsill Lokali b’risq il-komunità Żebbuġija.
Jibqa’ mfakkar għall-ħidma soċjali tiegħu u għall-kuntatt man-nies.
Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.
Aqra Aktar: