Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Emmanuel Mangani, bniedem li fl-aħħar erba’ deċenji kien attiv ħafna fis-settur tal-baskitbol lokali.
Magħruf bħala wieħed mill-aqwa referees lokali huwa kien ukoll punt ta’ riferiment għall-bosta involuti fil-logħba.
Il-ħiliet tiegħu kienu rikonoxxuti meta fl-2007 kkwalifika bħala Kummissarju tal-FIBA biex beda jkun involute anke f’logħob internazzjonali.
Is-sehem tiegħu kien imnaqqax fl-istorja tal-isport lokali billi daħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.