Meta fuq il-programm ‘Il-Każin’, kien mistoqsi dwar x’irid li jseħħ fil-2025, fejn tidħol il-politika, il-ġurnalist tat-Times Mark Laurence Zammit wieġeb hekk …
“Jien nixtieq li, bħala poplu, nirrikonoxxu li ħafna affarijiet f’dan il-pajjiż huma sbieħ u tajbin. Din ngħidha għan-nies li jikkritikaw ħafna lill-politiċi, this country is a miracle.”
Ġurmnalist, Mark Laurence ZammitREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa żied jgħid li aħna inkredibbilment ixxortjati li ngħixu f’dan il-pajjiż u sostna li, waqt li pajjiżna għandu problemi u sfidi, meta tħares lejn l-istampa kollha “dan il-pajjiż huwa miraklu sabiħ ħafna”.
Ma’ dan, saħansitra, qabel il-preżentatur Jon Mallia, it-tifel tal-eks kandidat stilla ta’ Simon Busuttil, Salvu Mallia, li sostna li l-kwalità tal-ħajja hi ħafna aħjar.
Hawnhekk, Jon Mallia sostna li l-Partit Nazzjonalista mhu jispira xejn u staqsa jekk huwiex kawża tat-tmexxija ta’ Bernard Grech, xi ħaġa li l-ġurnalist tat-Times iddeksriviha bħala serja.
Jon Mallia: “Il-Partit Nazzjonalista mhu jispira xejn, jekk tħares lejn l-aħħar snin tal-PN dan ma ggwadanjawx voti. Il-problema hija Bernard Grech?”
Mark Laurence Zammit: “Jien għalija serja ħafna kif il-PN f’dan l-istadju għadu kważi fejn kien minn kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern. Mhux qed nara any time soon li n-nies se jibdew jinġibdu lejh u hija problema serja. Hemmhekk fejn għandha raġun Ramona, almenu l-Partit Laburista joffrilek xi ħaġa, għandu xi ħaġa xi jagħtik, il-Partit Nazzjonalista mhux qed naraha u lanqas in-nies.”
Għal dan, Jason Azzopardi, l-avukat tal-fazzjoni estremista tal-Partit Nazzjonalista, qal li l-problema hi li l-Partit mhux jiftaħar biżżejjed.
“Rari tisma’ membru tal-PN li jfakkar fi proġett jew inizjattiva li saret qabel l-2013.”
Jason Azzopardi, Eks Deputat Nazzjonalista
Azzopardi, iżda, nesa jgħid li pajjiżna dakinhar kien mifni bil-qgħad, kellu żieda enormi f’dawk dipendenti fuq assistenza soċjali, waqt li l-poplu kien mgħobbi bl-agħar kontijiet u f’morsa b’miżuri ta’ awsterità.
Waqt li Mark Laurence Zammit u Jon Mallia sostnew li Malta għandha ekonomija b’saħħitha ħafna, Azzopardi, bis-soltu negattiviżmu tiegħu, qal li dan hu pajjiż li mimli soup kitchens, filwaqt li sostna li hawn il-faqar u ħafna stress.
Azzopardi wkoll iddefenda l-fatt li sejjaħ għal inkjesti matul il-festi, fatt li kkundannat l-eks President tal-Partit Laburista, Dr Ramona Attard.
“Idejjaqni li nfetħu xi ħames inkjesti fi żmien il-Milied, meta għandek in-nies mal-familja. Fejn hi l-umanità fil-politika?!”
Avukat, Ramona Attard
Hawnhekk qam ukoll il-fatt li l-Partit Nazzjonalista ilu snin ma jissottometti l-kontijiet finanzjarji tiegħu għand il-Kummissjoni Elettorali, b’Jason Azzopardi jgħid li dan m’għandux x’jaqsam mal-Partit Nazzjonalista u waħħal ukoll fl-awditur.
“Li partit ma jissottomettix il-finanzi, le mhux tajjeb, huwa ħażin. In all fairness mal-PN, anke jekk jien m’iniex rappreżentant tal-PN, qrajt storja fit-Times li l-PN qed jistenna lill-awditur.”
Jason Azzopardi, Eks Deputat Nazzjonalista
Sadanittant, l-Avukat Ramona Attard innotat ukoll il-viżjoni ta’ Gvern Laburista biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
“Dan kif il-Gvern, li ma żied l-ebda taxxa, naqqas il-kontijiet tal-enerġija, li għamel ekonomija b’saħħitha, minkejja l-COVID u l-gwerer, dan hu l-Gvern li sploda x-xogħol, il-Gvern taċ-childcare centers b’xejn, imma dawn l-affarijiet idejqukom li nisimgħuhom.”
Avukat, Ramona Attard