Il-Partit Laburista irreaġixxa għal żewġ rapporti ta’ kundanna tal-Awditur Ġenerali fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Chris Cardona u Stefan Zrinzo Azzopardi, intqal li ż-żewġ rapporti kontra Jason Azzopardi jikkonfermaw li huwa l-iktar eks Ministru Nazzjonalista b’kundanni kontrih.
Fiż-żewġ rapporti, kemm tal-Fekruna u kemm ta’ Spinola, l-Awditur Ġenerali rrimarka dwar in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni neċessarja. Jiġifieri huma każijiet ta’ ħabi li lanqas l-Awditur ma seta’ jitkellem dwarhom, bir-rapporti kollha f’idejh. Minkejja li dawn ma kinux l-unika każijiet marbuta ma’ Jason Azzopardi, huwa jkun l-ewwel li jippriedka dwar gvernanza tajba u trasparenza. Dan meta l-mod li bih kien jitemxxa d-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel għajb lil min kien politikament responsabbli. Biex ma nsemmux il-każ tal-art tal-Lowenbreau , il-propjetà tal-HSBC fil-Belt Valletta , enchroacments qabel l-elezzjoni tal-2013 u każijiet dwar il-propjetà personali tiegħu.
Fuq dan kollu, tkompli tispikka d-djufija ta’ Simon Busuttil, li quddiem każijiet bħal dawn baqa’ qatt m’għamel xejn. Il-Partit Laburista temm jgħid li kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandu jieħu passi fil-konfront ta’ nies bħal Azzopardi.