B’reazzjoni għar-rapport PANA, il-Partit Laburista laqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjoni tal-kumitat tal-Parlament Ewropew, magħruf bħala PANA, li Malta hija konformi mal-ogħla standards u mar-regoli Ewropej bis-sistema ta’ tassazzjoni tagħha.
Dan iġib fix-xejn kampanji kontra pajjiżna fl-aħħar xhur minn min għandu interess jimmina l-kompettitività ta’ Malta. Bil-ħasra tkun li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista rikbet fuqhom u tathom in-nar bit-tama li tagħmel ħsara lill-gvern.
Il-PL qal kif ir-rapport PANA hu ċar meta jgħid “Malta transposed EU rules and respects OECD standards in terms of transparency, fight against tax fraud and money laundering.”
Iżid ukoll li : “The Maltese tax system is very attractive and in line with current international and EU standards as regards harmful tax competition.”
Temm billi qal li r-rapport jagħti raġun lill-gvern fl-argumentazzjoni tiegħu quddiem l-akkuża li Malta hi xi tax haven. Ir-rapport għandu jiftaħ ukoll għajn l-oppożizzjoni biex tieqaf tilgħab il-logħob partiġjan u fuq din il-kwistjoni terġa’ tifhem il-ħtieġa ta’ għaqda nazzjonali kif wara kollox f’pajjiżna kellna għal bosta snin.