Għall-ewwel darba, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti fil-lokalità tas-Siġġiewi.
Din qed titqies bħala rebħa storika hekk kif il-Partit Laburista rebaħ il-Kunsill Lokali f’70 vot.
Is-Sindku elett hu Kurstein Sant filwaqt li Viċi Sindku ġiet eletta Rodianne Haber.
Fl-ewwel kumment tiegħu, Sant spjega kif din hi kisba storika għall-Partit Laburista u kif minkejja li kienet kisba diffiċli, irringrazzja lis-Siġġiwin kollha li tawh il-fiduċja flimkien mal-kandidati l-oħrajn.