Il-Partit Laburista dalgħodu permezz tad-delegat tiegħu Louis Gatt ipprotesta formalment kontra deċiżjoni tal-Kummisjoni Elettorali li tiddikkjara bħala eletti żewġ kandidati addizzjonali tal-Partit Nazzjonalista minħabba li ġew applikati regoli tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali li mhumiex applikabbli fil-każ fejn, oltre’ l-partit ta’ maġġoranza, ikun hemm aktar minn partit wieħed ta’ minoranza. F’dan il-każ, fil-Parlament hemm diġa’ bid-dikjarar żewġ partiti tal-Oppożizzjoni rappreżentati li huma l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku.
Ir-rappreżentanta tal-Partit Demokratiku kemm qabel u anke wara li ġiet dikjarata eletta, iddikjarat pubblikament li fil-Parlament il-ġdid se tkun qed tirrappreżenta lill-Partit Demokratiku.
Għalhekk il-Partit Laburista qed jitlob lill-Kummissjoni Elettorali tħassar id-deċiżjoni tagħha li tapplika t-tieni proviso fejn jitkellem dwar Parlament rappreżentat minn iktar minn partit wieħed tal-Oppożizzjoni u żżid il-kandidati eletti tal-Partit Nazzjonalista b’żewġ kandidati addizzjonali kif inhu bi dritt.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/06/Ittra-ta-Protest-lil-KE-07062017.pdf” title=”Ittra ta Protest lil KE 07062017″]