Permezz ta’ rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali l-President tal-Partit Laburista u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela, f’isem il-Partit Laburista, qed jitolbu lil Qorti sabiex tiddeċiedi jekk tħassarx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali li tat żewġ siġġijiet żejda lil-Partit Nazzjonalista minkejja li fil-Parlament hemm it-tielet partit politiku kif iddikjarat mill-esponenti kemm tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Demokratiku.
Il-Partit Laburista, propju fil-ġurnata tal-Ħamis, kien diġa’ ippreżenta protest formali mal-Kummissjoni Elettorali permezz tad-delegat tiegħu, Louis Gatt lill-Kummissjoni Elettorali iżda l-istess Kummssjoni ddikjarat bħala eletti żewġ deputati min-naħa tal-Oppożizzjoni.
Il-Partit Laburista qed jitlob għaldaqstant il-Qorti sabiex tiddeċiedi jekk kellux ikun applikat il-proviżjon fil-liġi li jagħti siġġijiet żejda minkejja li jkun hemm it-tielet Partit fil-Parlament.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/06/Rikors.pdf”]