Il-Partit Laburista sejjaħ is-sospensjoni ta’ Thake mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista bħala waħda finta.
“Is-sospensjonijiet finta mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kulħadd drahom. Reċta ta’ ftit ġimgħat u wara qisu qatt ma kien xejn”, innota l-Partit Laburista li rrimarka wkoll li Bernard Grech għadu ma ħax deċiżjoni waħda li hi waħda.
Fid-dawl li Bernard Grech, bħal Thake ma kienx ħallas it-taxxa dovuta lill-Istat fuq medda twila ta’ żmien, il-Partit Laburista saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux l-awtorità li jagħmel dan.
Dan għaliex inzerta midneb bl-istess dnub li jrid jiddeċiedi dwarhom.