Il-Partit Laburista qal li Bernard Grech għandu żball kbir meta jgħid li l-Partit Laburista jridu jieqaf milli jitkellem dwar l-evażjoni tat-taxxa.
Fi stqarrija l-Partit Laburista anzi ħeġġeġ lil Bernard Grech jagħmel dan.
“Kull darba li Grech jitkellem dwar l-evażjoni tat-taxxa, in-nies jiftakru sew f’għemilu u x’tip ta’ bniedem hu”, innota l-Partit Laburista, li żied kif in-nies jiftakru wkoll kif il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ ma spjegax kif ħallas minn lejl għal nhar meta aċċetta li jitpoġġa minflok Adrian Delia.