Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li tul l-intervista, Bernard Grech ħarab mill-mistoqsijiet u kien fattwalment skorrett.
Il-Partit Laburista qal kif Bernard Grech l-ewwel stieden lil min jintervistah u spiċċa jgħajjat f’wiċċu, biex imbagħad jieħu għalih jekk ikun hemm min jgħidlu politiku cheap.
Il-Partit Laburista saħaq li meta Bernard Grech ġie mistoqsi dwar temi relevanti għall-ħajja tan-nies, infexx jgħajjar lill-Prim Ministru.
“Hekk jagħmel min m’għandux fuqxiex jitkellem u lanqas il-fatti ma jġib sew”, sostna l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista nnota li Bernard Grech ma kienx kapaċi jgħid kemm tiswa mqar wegħda waħda li għamel f’dagħdigħa biex jipprova jiġbor xi ftit appoġġ.
“Mhux ta’ b’xejn li ma’ kull jum li jgħaddi, lil Bernard Grech, il-poplu qed jafdah inqas”, temm jgħid il-Partit Laburista.