Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif illejla fil-Parlament rajna Prim Ministru li tkellem bil-fatti dwar kif il-Parlament ingħata iktar saħħa biex iwettaq il-ħidma tiegħu u rwol ikbar fil-proċess demokratiku ta’ pajjiżna.
“Dr Abela tkellem dwar Parlament attiv biex jinkisbu r-riżultati li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin”, irrimarka l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista imbagħad innota li fuq in-naħa l-oħra rajna Kap tal-Oppożizzjoni moħħu biss fuq kif se jifred lill-poplu u jattakka lil min ma jiġbidx il-linja tiegħu.
“Kap tal-Oppożizzjoni dahru mal-ħajt li kostrett jipprova jimmina l-fiduċja f’ħaddieħor għax qed tibqa’ tintilef il-fiduċja fih”, temm jgħid il-Partit Laburista.