Il-Partit Laburista kompla jiltaqa’ man-nies fl-irħula. Dan hekk kif il-Ħamis filgħodu l-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, flimkien mal-kandidati tad-disa’ distrett żaru San Ġwann.
Hawnhekk l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati tad-distrett kellhom ċans jiltaqgħu mal-komunità kummerċjali u anki n-nies li kienu qed jagħmlu l-qadi tagħhom.
Il-kandidati flimkien mat-tmexxija Laburista kellhom iċ-ċans jispjegaw il-proposti li qed jippreżenta l-Partit Laburista quddiem l-elettorat.
Waħda mill-miżuri li ntlaqgħet fost in-nies ta’ San Ġwann hija ta’ spazju miftuħ fil-qalba tal-komunità. Dan bħala parti mill-proġett massiċċ ta’ seba’ mitt miljun ewro f’seba’ snin fi spazji miftuħa qrib ir-residenzi tan-nies.