Il-Partit Laburista jinnota mill-ġdid u jikkundanna l-arroganza u l-ksuħat fil-konfront tal-Ispeaker Anġlu Farrugia mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Dan wara aktar kummenti dispreġġjattivi mill-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina.
Wara li aktar kmieni llum ġie mċanfar mill-Ispeaker għall-kliem offensiv fil-konfront tiegħu fosthom meta qallu li huwa sfaċċat u jiddubita kemm għandu moħħ biex jaħseb, dak li ħataf f’idu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista baqa’ jiżżufjetta bl-Ispeaker u qallu li “kulħadd jaf x’jaħseb fuq din is-Sedja”.
Huwa baqa’ għaddej b’dan l-aġir saħansitra wara li nstab ħati ta’ ksur ta’ privileġġ.
L-atteġġjament arroganti ta’ Karol Aquilina jikkonferma dak li l-poplu ilu jgħid dwar din il-klikka ta’ Deputati Nazzjonalisti li ħakmu lill-PN u li jmexxu lil Bernard Grech minn imnieħru – ‘arroganti, isteriċi, estremisti u b’sens qawwi ta’ entitlement’.