Il-Partit Laburista ħabbar li se jħassar l-attività li kienet se tittella’ nhar il-Ħadd li ġej fejn minflok se jkun qed isir programm speċjali.
Dan se jkun qed isir proprju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela flimkien ma’ martu, Lydia Abela.
Il-programm speċjali se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjonijiet ONE.