Intant fi stqarrija separata, il-Partit Laburista wkoll innota ir-rapport pożittiv ta’ Fitch.
Fi kliemu l-Partit Laburista tenna kif dan ir-rapport huwa konferma oħra tal-għaqal fit-tmexxija ekonomika ta’ Gvern Laburista.
Fost l-affarijiet li nnota mir-rapport, il-Partit Laburista jsemmi l-qasam tat-turiżmu hekk kif Fitch Ratings jinnutaw li dan qabeż il-livelli ta’ qabel il-pandemija, flimkien mal-manifattura.
Fil-fatt dwar din l-industrija, il-Partit Laburista nnota li l-esperti ta’ Fitch qalu li dan seħħ għax minħabba l-istabbilità fil-prezz tal-enerġija li wassal għall-kompetittivita aqwa għall-azjendi li joperaw f’pajjiżna.
“Dawn id-dikjarazzjonijiet huma xhieda tal-għaqal tal-Gvern fid-deċiżjonijiet strateġiċi tiegħu, liema deċiżjonijiet ma sabux l-appoġġ tal-Oppożizzjoni li qalet li t-tariffi għandhom jogħlew skont il-prezz internazzjonali,” qal il-Partit Laburista hekk kif ikkonkluda li l-esperti ta’ Fitch b’dan ir-rapport bagħtu sinjal ċar tal-kunfidenza li għandhom fl-ekonomija ta’ pajjiżna u t-tmexxija tal-Gvern Malti.
Aqra wkoll: