B’reazzjoni għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista fejn qal li l-għajnuna tal-Gvern hija farka fejn id-daqqa li sofrew in-negozji, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech huwa vuċi iżolata fin-negattività.
Il-Partit Laburista nnota kif fil-fatt l-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv l-għajnuna li tal-Gvern iżda l-Partit Nazzjonalista ma rreżistix li jkun negattiv u popolist.
Fakkar li kieku l-Gvern ħa l-parir tal-Partit Nazzjonalista, il-pajjiż għadu f’lockdown sal-lum.
Il-Partit Laburista temm jgħid li dwar l-ekonomija u l-immaniġġjar tal-pandemija, il-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbiltà.