Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jittieħed bis-serjetà meta jitkellem dwar tkeċċijiet meta huwa stess ikeċċi lil min fi ħdanu huwa kkundannat minn rapporti tal-Awditur Ġenerali u sentenzi tal-Qorti fost oħrajn.
Il-Partit Laburista qal dan b’rabta ma dak li ntqal f’konferenza tal-Partit Nazzjonalista aktar kmieni llum.
Fil-fatt fl-istess stqarrija, il-Partit Laburista qal li dak li tkellem dwaru l-Partit Nazzjonalista huwa rapport prima facie tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards li issa qiegħed quddiem il-Kumitat għall-Istandards tal-Parlament.
Il-Partit Laburista temm jgħid kif fil-verità dan il-proċess kien possibbli biss għax Gvern Laburista waqqaf din l-istituzzjoni.