Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista kien l-uniku entità li ma kellu xejn għajr tmaqdir għar-riforma li preżenta Gvern Laburista għall-kirjiet ta’ qabel l-elf disa’ mija ħamsa u disgħin.
Il-Partit Laburista qal li filwaqt li l-Gvern hu dejjem miftuħ għas-suġġerimenti, il-Partit Nazzjonalista hu interessat biss biex ikisser dak li fuq kollox ma rnexxilux jagħmel hu f’tant snin imexxi l-pajjiż.
Intqal li l-ikbar problema li għandu l-partit immexxi minn Bernard Grech hi n-nuqqas ta’ kredibbiltà meta jiġi biex jitkellem fuq suġġetti bħal dawn.
Il-Partit Laburista saħaq li n-nuqqas ta’ kredibbiltà ġejja wkoll minn nuqqas ta’ proposti alternattivi jew ideat għall-ġejjieni kif deher biċ-ċar dalgħodu.
L-istqarrija fakkret li l-Gvern qiegħed jimplimenta l-ikbar proġett ta’ housing soċjali fl-istess ħin li indirizza sfidi fis-settur li kienu ilhom snin jistennew soluzzjonijiet.
Qal li bħal ħafna affarijiet oħra, Gvern Laburista ukoll se jagħmel l-istess bir-riforma għall-kirjiet ta’ qabel l-1995.
https://www.one.com.mt/2021/03/01/bil-filmat-l-oppozizzjoni-ssostni-li-l-proposti-taghha-ghar-riforma-fil-kera-tghidhom-wara-li-tohrog-il-ligi1/