Fi stqarrija, il-Partit Laburista sostna li l-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jibqgħu jirrepetu dak li l-inkjesta pubblika ma qalitx.
Dan kollu biex jipprovaw jiġġustifikaw it-talba mhux flokha, bla ebda loġika u mhux ġustifikata tagħhom biex jirriżenjaw tliet Ministri tal-Gvern. Xi ħaġa li l-inkjesta ma qalet imkien.
Intqal li dawn il-Ministri kienu strumentali biex fid-dekasteri fdati lilhom iġibu bidliet importanti.
Il-Partit Nazzjonalista missu jgħid li dan il-Gvern kien strumentali biex bidliet, li qatt ma saru fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, avolja ġew saħansitra ssuġġeriti, inbdew u se jissoktaw b’aktar saħħa minn dan il-Gvern.