Li l-Partit Nazzjonalista jrid iwaqqaf l-għajnuna fis-settur tal-enerġija jgħiduh l-ogħla esponenti stess tal-istess Partit Nazzjonalista.
Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għal dikjarazzjoni mill-Partit Nazzjonalista fejn qal li hija gidba li huwa jrid iwaqqaf is-sussidji tal-enerġija.
Fl-istqarrija tiegħu, il-Partit Laburista qal li din saħansitra qalha l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu meta ddikjara li jekk il-prezz jogħla barra jrid jogħla Malta. Irrepetiha meta qal li dawn is-sussidji mhux sostenibbli. U warajh irrepetewha kelliema tal-Partit Nazzjonalista.
Sa din il-ġimgħa stess, il-Partit Laburista qal li d-deputat Chris Said qal f’konferenza tal-aħbarijiet li meta qal dan kollu Bernard Grech għandu raġun u li s-sitwazzjoni preżenti ma tistax tibqa’ sejra hekk.
“Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidilx. Għalih l-għajnuna lin-nies mhix prijorità,” temm jgħid il-Partit Laburista.