Il-Partit Laburista qal li għal Bernard Grech il-Partit Laburista u l-Laburisti huma kriminali li joqtlu n-nies. Mhux ta’ b’xejn li l-popolarità tiegħu nieżla bil-minuti.
Fi stqarrija l-Ħadd wara nofsinhar kompla jgħid li dan huwa l-istess bniedem li wiegħed maħfra lil min allegatament qatel lil Daphne Caruana Galizia. U sal-lum kulħadd għadu jistaqsi għalfejn.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri li huwa politiku cheap u tal-passat li jgħajjar lin-nies bl-iktar mod maħmuġ,” temm jgħid il-Partit Laburista.