Fi stqarrija b’rabta mad-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir, li ma laqgħetx l-ilment ta’ żbilanċ li ħass li kellu fil-konfront tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni waqt programm fuq ix-xandir nazzjonali, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista għandu jieqaf jipprova jsikket lill-ġurnalisti jew iġiegħlhom jistaqsu biss dak li jogħġob lil Bernard Grech.
Il-Partit Laburista nnota li d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir tkompli tikxef kif filwaqt li jitkellem ħafna fuq il-kontabbiltà, il-Kap tal-Oppożizzjoni jippretendi li hu ma jkunx kontabbli.
Dan għax jew jidħol jiġri jistaħba fil-lift, jew inkella jipprova jimmina x-xogħol tal-ġurnalisti billi l-ewwel isabbat f’wiċċhom, imbagħad jpoġġihom taħt pressjoni għax ma staqsewx id-domandi li xtaq hu.
Il-Partit Laburista saħaq li Bernard Grech u dawk ta’ madwaru jibqgħu arroganti fejn jemmnu li jgħodd biss dak li jaħsbu jew jagħmlu huma u jattakkaw lil kull min jista’ jqajjem mistoqsijiet leġittimi.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/26/bernard-grech-jitlef-quddiem-l-awtorita-tax-xandir/