Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ juri kif kellu raġun David Casa meta qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa Adrian Busuttil.
Sostna dan il-Partit Laburista fi stqarrija fejn stqarr li Adrian Delia baqa’ ma sabx skop għax qiegħed f’din il-kariga wara kważi 18-il xahar li kien elett bil-wegħda ta’ mod ġdid.
Il-Partit Labuista qal li b’hekk, f’paniku tliet xhur qabel il-poplu jiġġudikah, l-uniku triq li donnu sab Delia hi li jipprova jkun bħal ta’ qablu.
Mill-attakki fuq l-istituzzjonijiet għan-negattività dwar Malta, Adrian Delia rrepeta dak li qablu kien jgħid Simon Busuttil.