Lejlet il-festa ta’ Jum il-Ħelsien il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela xegħel l-urna tal-Ħelsien fuq il-monument li jfakkar il-kisba storika tal-Ħelsien.
Akkumpanjat minn martu Lydia Abela u atleti minn Special Olympics Malta. Dr Abela fakkar it-42 sena minn Jum il-Ħelsien.
L-atleti telgħu tul l-għolja tal-Ħelsien, ħdejn il-bandiera Maltija, fejn il-Mexxej Laburista ppreżenta bukkett tal-fjuri filwaqt li ndaqq l-innu Malti fl-isfond.
Kien fil-31 ta’ Marzu 1979 meta l-flotta Ingliża telqet minn Malta darba għal dejjem.