Il-Partit Laburista jiġbed lejh illitterati bħalma d-demel jiġbed dubbien infettat.
Huwa dak li qal fl-aħħar sigħat Andrew Borg-Cardona magħruf bħala l-‘Boċċa’ b’rabta ma’ editorjal tat-Times fuq id-diskors ta’ mibegħda online.
Huwa rrefera għall-Partit Laburista bħala MLP u anki kritika lil Maltatoday u mhux lit-Times b’rabta ma’ kummenti fuq artikli ippubblikati.
Ftit tal-ġimgħat ilu, l-avukat Borg Cardona, li jkun fl-attivitajiet ta’ Repubblika, infexx f’aktar tgħajjir fil-konfront tal-Laburisti u ta’ min ma jaqbilx miegħu.
Borg Cardona ħadem ukoll biex jitqaċċat Adrian Delia minn Kap Nazzjonalista u jsir Bernard Grech.
Il-‘Boċċa’ kiteb kif il-Laburisti huma illitterati u dan qalu b’rabta ma’ sejba minn ċensiment li r-rata ta’ dawk illitterati f’Malta hi ta’ 4% u sejjaħ dawn bħala Laburisti.
Ftit qabel anki kien kiteb ħaten Beppe Fenech Adami u qal li kwota minn survey tal-Maltatoday, li qal li juri li l-inqas edukati fil-pajjiż, jappoġġjaw lil-Laburisti.
Fuq dak li kiteb ħaten Fenech Adami jiġifieri Kevin Cassar, dan tal-aħħar kien ilmenta mal-Awtorità tax-Xandir fuq ir-rapport ta’ ONE News iżda l-Awtorità tax-Xandir ċaħditlu l-ilment u fi kliemha, ħolistikament ir-rapportaġġ kien jirrifletti dak li fuqu kien kiteb l-istess Cassar.
Bħall-Borg Cardona, Kevin Cassar, li kien kandidat Nazzjonalista f’elezzjoni ġenerali iżda baqa’ l-art, jattendi u jitkellem f’attivitajiet ta’ Repubblika u Occupy Justice.