Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba u l-President Alex Sciberras, flimkien ma’ membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmu l-memorja tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona li jinsab espost fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Monsinjur Cremona se jibqa’ mfakkar bħala l-bniedem tan-nies, li tant ġibed ammirazzjoni u rispett lejh minħabba l-ħidma li wettaq fis-skiet fost l-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, kemm bħala qassis, kif ukoll bħala provinċjal tal-komunità Dumnikana u bħala Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta.
Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u lil dawk li kienu qrib tiegħu.
