ll-Parit Laburista jirreġixxi għal l-istqarrija tal-Parit Nazzjonalista li jikkritika l-gvern fuq il-kwistjoni tald-deckchairs fil-bajja tal-Għadira.
“Il-familji jiftakru sew kif il-Gvern Nazzjonalista kien ta konċessjoni lill-operaturi tad-deckchairs u s-siġġijiet fl-Għadira li ma kienet tħares bl-ebda mod l-interess tal-konsumaturi”, qal il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista tenna li “llum dan il-Gvern ta lura parti kbira mill-bajja lill-familji bil-għan li titgawda mingħajr ebda xkiel jew piż finanzjarju. Il-familji Maltin jafu li, lilhinn mir-retorika politika tal-Partit Nazzjonalista, kien grazzi għar-rieda ta’ dan il-Gvern li ħadu dak li kellu jkun tagħhom bi dritt mill-bidu nett”.
Il-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista donnu qatt ma jkun sodisfatt b’aħbar pożittiva.