Waqt li fl-ewwel jum tal-kampanja għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, il-Partit Nazzjonalista kien fuq is-slielem jaqla’ l-ewwel billboards li kien għadu kif ħareġ fit-toroq, lanqas laħqu għaddew sagħtejn li fit-toroq ma tfaċċatx it-tweġiba tal-Partit Laburista.
“Sorry…. sibna żball ieħor.. Flimkien għal kontra pajjiżna”. Hekk jaqra l-messaġġ ironiku fuq il-billboard tal-Partit Laburista flimkien ma’ face palm emoji li juri l-imbarazzament tal-Partit Nazzjonalista għall-iżball fl-ewwel billboard tal-kampanja, fejn esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw iwaħħlu f’denb xulxin għal dan ix-xogħol fi kliemhom dilettantesk.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/04/22/l-ewwel-billboard-l-ewwel-zball/