Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Professur Anġlu Psaila li jibqa’ mfakkar l-iktar għall-kontribut tiegħu fil-qasam mediku. Il-Professur Psaila mhux biss kien jispikka għall-għerf tiegħu iżda wkoll għall-mod kif dan l-għerf kien jipprova jxerrdu fost il-pubbliku b’mod partikolari permezz tal-media. Fil-fatt għal snin twal ikkontribwixxa u saħansitra mexxa programmi fuq l-istazzjonijiet ONE.Fi stqarrija, il-Partit Laburista dakkar kif tul is-snin, eluf ta’ pazjenti u studenti tal-mediċina gawdew mid-dedikazzjoni li kellu l-Professur Psaila.
L-altruwiżmu tal-Professur Psaila kien waslu wkoll biex joffri l-kontribut tiegħu fl-arena politika fejn kien ukoll kandidat tal-Partit Laburista f’numru ta’ elezzjonijiet ġenerali.
Kif xieraq ta’ dan kollu l-istat Malti rrikonoxxih b’Ġieh ir-Repubblika fl-2013.