F’Bormla, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla, u Membri Parlamentari, sellmu l-memorja tal-eks Prim Ministru u mexxej Laburista, il-Perit Duminku Mintoff, f’għeluq sninu, billi poġġew il-fjuri f’riġlejn il-monument tiegħu.
Mintoff twieled fis-6 t’Awwissu tal-1916 – proprju 108 sena ilu, f’Bormla.
Huwa serva bħala Mexxej Laburista mill-1949 sal-1984, kif ukoll Prim Ministru ta’ Malta, mill-1955 u 1958, u mill-1971 sal-1984.
Fil-fatt, f’Bormla, il-Prim Ministru u l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, tkellmu wkoll ma’ dawk preżenti.