It-telfa ta’ Anglu Zahra, President tal-bord tad-diretturi ta’ Dar Nazareth, hija telfa għall-volontarjat f’pajjiżna u l-ħidma fis-settur tad-diżabbiltà. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija ftit wara li ħarġet l-aħbar li Zahra miet.
Il-Partit Laburista fakkar kif Zahra kellu wkoll karriera twila ta’ servizz pubbliku, kien rikonoxxut ukoll kemm bi premjijiet għas-sehem tiegħu fid-diżabbiltà kif ukoll fis-settur tal-anzjanità attiva.
Għal snin twal, is-sens ta’ dover lejn is-soċjetà li kellu Zahra wassal biex kien involut ukoll fil-Partit Laburista bħala volontier.
Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Zahra. Ħajtu għandha sservi ta’ ispirazzjoni u eżempju għal bosta persuni oħra fil-volontarjat.
ONE News kemm-il darba kellu ċ-ċans jitkellem ma’ Zahra dwar temi soċjali u storiċi, fosthom kif l-eks Prim Ministru Dom Mintoff xtaqt difna taħt il-monument tal-ħelsien, li tistgħu issegwu hawn: