Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela sellem lil dawk li anki ħallsu prezz qares billi marru l-ħabs minħabba l-irvellijiet tat-28 t’April tal-1958.
Il-Prim Ministru poġġa bukkett tal-fjuri fuq il-monument tal-irvellijiet, u sellem il-memorja ta’ dawk kollha li dakinhar ħarġu b’kuraġġ minn ġewwa djarhom sabiex isemmgħu leħinhom kontra l-inġustizzji li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema Maltin taħt il-ħakma Ingliża.
Membri tal-General Workers Union u l-Forum Żgħażagħ Laburisti wkoll poġġew il-fjuri fuq dan il-monument.