Fl-okkażjoni tal-iskambju tradizzjonali tal-awguri għas-sena l-ġdida, il-Partit Laburista laqa’ lill-membri tal-Korp Diplomatiku għal riċeviment fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Waqt l-indirizz tiegħu għal din l-okkażjoni, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, Chris Fearne, tkellem dwar kif din is-sena kienet waħda li ppreżentat sfidi bla preċedent fosthom il-pandemija. Huwa rrimarka li,permezz ta’ sagrifiċċji li saru minn kulħadd, irkuprajna minnha. Semma kif l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba ngħaqdu flimkien biex intlaħaq qbil biex jagħmlu xiri konġunt tal-mediċini.
Huwa osserva li, wara l-pandemija, faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna, li l-Partit Laburista kkundannaha u li ħalliet riperkussjonijiet liema bħalhom.
Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li, minkejja dawn l-isfidi, it-tbassir għall-investiment dirett barrani huwa wieħed pożittiv. Pajjiżna mistenni jkompli jattira investimenti ġodda f’oqsma differenti u joħloq impjiegi ġodda wkoll.
Dr Fearne kellu kliem ta’ apprezzament għax-xogħol tal-missjonijiet diplomatiċi barranin f’Malta filwaqt li enfasizza li l-irwol tagħhom huwa fundamentali biex iwasslu messaġġ korrett u ta’ rieda tajba