Il-Partit Laburista fi stqarrija wkoll esprima s-solidarjetà mal-ħaddiema tal-ONE li kienu fil-mira ta’ attakki personali, fejn saħaq li l-aġir ta’ dawn il-persuni huwa kundannabbli u deplorabbli.
Tenna li l-ġurnalisti kienu qed jaqdu dmirhom fil-ħin li ġew intimidati u ebda raġuni ma tiġġustifika l-aġir aggressiv minn dan il-grupp ta’ nies.
Il-Partit Laburista esprima solidarjetà wkoll mal-Ministru Byron Camilleri li wkoll spiċċa fil-mira ta’ insulti mill-istess grupp ta’ nies li intimidaw lill-crew ta’ ONE News.
Il-Partit Laburista wera l-apprezzament għax-xogħol tal-ġurnalisti u rringrazzja wkoll l-awtoritajiet investigattivi ta’ ħidmiethom biex kull min jonqos, jaffaċċja l-ġustizzja.
Il-Partit Laburista nnota wkoll l-istqarrija tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li kkundanna dak li seħħ ilbieraħ barra l-Qorti.