Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Safi.
Elett Sindku għal din il-lokalità nsibu lil Johan Mula.
Il-PL żamm il-maġġoranza bi tliet siġġijiet filwaqt li l-PN kiseb żewġ siġġijiet.
F’isem il-PL nsibu eletti lil Johan Mula, Janice Azzopardi u Francis Callus filwaqt li f’isem il-PN nsibu lil Joanna Abdilla u Pupull Abdilla.