Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista u l-President tal-PL Daniel Micallef, appellaw b’messaġġ fuq il-midja soċjali Facebook dwar ċertu telefonati li qed isiru.
Dan hekk kif huma spjegaw kif mhux qed isiru telefonati miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jew f’isem il-Partit Laburista jistaqsu lil-liema kandidat għal Mexxej se jivvotaw.
Dan fid-dawl li xi wħud irrapportaw kif irċevew telefonati bħal dawn.
Huma tennew li l-Partit ma għamilx dawn it-telefonati.